Dan il-blog issa magħluq

Wara s-suċċess tal-kampanja favur l-introduzzjoni tad-divorzju u l-kampanja onesta tal-Alternattiva Demokratika li dejjem kienet fuq quddiem fuq din it-tema dal-blog mhux se jibqa’ jiġi aġġornat. Se jitħalla ‘online’ bħala arkivju elettroniku tal-kampanja tagħna.

Grazzi tal-appoġġ

Ralph Cassar – Segretarju Ġenerali

www.alternattiva.org.mtinfo@alternattiva.org.mt – AD, PO Box 38, Marsa MTP1001.

Posted in Uncategorized | Leave a comment

Ir-rispett tar-riżultati tar-referenda

X’ghandhom l-istess Alfred Sant u hafna deputati Laburisti u Lawrence Gonzi u Frederick Azzopardi, Jason Azzopardi, Tonio Borg, Giovanna Debono, Louis Deguara, Dolores Cristina, Beppe Fenech Adami, Austin Gatt, Carm Mifsud Bonnici, Edwin Vassallo u Francis Zammit Dimech? Maghhom jinghaqad ukoll Adrian Vassallo. Imbaghad hemm dawk li baqghu gallerija ukoll.

KOLLHA kemm huma gew jaqghu u jqumu mid-demokrazija diretta tar-referendum. Xi whud minnhom mir-referendum tal-UE u ohrajn mir-referendum dwar id-divorzju. Kredenzjali demokratici zero.

Lawrence Gonzi = Alfred Sant.

 

 

 

Posted in Uncategorized | Leave a comment

Party 28 June

S U M M E R P A R T Y

Tuesday 28th June, 8.30pm (eve of a public holiday)

Bir Mula Heritage House,

79, Triq Santa Margerita, Bormla
A variety of food, wine, beer… good music and good company in a beautifully restored town house and museum.

All for a donation of only €10
How to get there: http://www.birmula.com/about/location/
CONFIRMATION of attendance is required on info@alternattiva.org.mt.

Facebook event page: https://www.facebook.com/event.php?eid=232299326787615

A fundraising and social event organised by Alternattiva Demokratika – The Green Party

Posted in Uncategorized | Leave a comment

Id-demokrazija skont Fenech Adami

Isma x’qal Eddie Fenech Adami illum fuq Radju Malta dwar kif il-Membri Parlamentari għandhom skont hu jimblokkaw il-liġi tad-divorzju avolja ġiet approvata f’referendum:
http://www.alisonbezzina.com/divorce-votes-conscience-11/

Stampa ċara ta’ kif politiċi ewlenin tal-PN jitrattaw in-nies ta’, skużawna l-espressjoni, ‘ċwieċ’.

Storja oħra li dehret ftit tal-jiem ilu fit-Times tikkonferma l-pożizzjoni gallarija tal-Moderati/Progressivi/Muscat/Labour (agħżel int!).:
http://www.timesofmalta.com/articles/view/20110609/local/Labour-says-it-s-a-free-vote-well-sort-of.369656

Posted in Uncategorized | Leave a comment

7 ta’ Ġunju għal Hastings, il-BELT 9.30am

It-Tlieta 7 ta’ Ġunju, Alternattiva Demokratika – The Green Party se ssejjaħ lill-Membri Parlamentari jieqfu jkunu ambigwi u jirrispettaw ir-rieda diretta tan-nies espressa fir-referendum.

NILTAQGĦU QUDDIEM HASTINGS IL-BELT (fejn se jkun hemm il-parlamentari għaċ-ċerimonja tas-Sette Giugno) fis-7 ta’ Ġunju (festa pubblika), fid-9.30am.

La l-Parlament farfar id-deċiżjoni fuq in-nies, issa l-Parlamentari għandhom mingħajr tlaqliq jimplimentaw din ir-rieda. Stieden lil sħabek.

Facebook: http://www.facebook.com/?ref=home#!/event.php?eid=132925523451734

Posted in Uncategorized | Leave a comment

Jew tivvotaw IVA, jew IRRIŻENJAW

MPs not ready to vote in favour should resign before the vote

AD has noted the declaration of Labour MP Marie Louise Coleiro Preca that she will not contest the forthcoming general elections. This declaration has been made within the context of the current polemic on the implementation of the referendum decision of last Saturday concerning the divorce Bill in respect of which Marie-Louise Coleiro Preca declared yesterday that for reasons of conscience she intended to abstain thereon.

As a first point AD condemns whoever is exerting pressure and threatening Coleiro-Preca and her relatives. AD also condemns those who are threatening her through making use of information on her personal life. On this AD is four square behind Coleiro Preca.

AD is however of the opinion that each one of our Members of Parliament who is no prepared to vote in favour of the Divorce Bill is not fit to be an MP. The issue is not the Divorce Bill itself but the unconditional respect which each and every MP owes to the will of the electorate.

The electorate has taken a decision and Members of Parliament should oblige. The reaction of their conscience is at this stage irrelevant. If conflict with their conscience is however so disturbing they should resign before and not after voting.

***
Min mhux lest jivvota favur mhux postu fil-Parlament

AD osservat id-dikjarazzjoni tal-Membru Parlamentari Laburista Marie-Louise Coleiro Preca li mhix ser terga’ tikkontesta l-elezzjoni generali. Din id-dikjarazzjoni qed issir fl-isfond tal-polemika dwar l-implimentazzjoni tad-decizjoni tar-referendum ta’ nhar is-Sibt u l-abbozz ta’ Ligi dwar id-divorzju li dwaru Marie-Louise Coleiro Preca ilbierah iddikjarat li fi hsiebha tastjeni u dan ghal ragunijiet ta’ kuxjenza.

L-ewwelnett AD tikkundanna li minn qed jaghmel pressjoni u jhedded lil Coleiro Preca u lill-familjari taghha. Tikkundanna lil min qed jaghmel attakki fuq il-hajja personali taghha. Dwar dan AD taghti l-appogg kollu taghha lil Coleiro Preca.

Imma AD jidhrilha illi kull wiehed u wahda mill-membri parlamentari illi m’humiex lesti illi jivvutaw favur l-abbozz ta’ ligi tad-divorzju m’ghandux post fil-Parlament. L-issue mhix il-ligi tad-divorzju fiha innifisha izda r-rispett inkundizzjonat mill-Membri Parlamentari
ghall-volonta popolari.

Il-poplu iddecieda u l-membri tal-parlament ghandhom ibaxxu rashom. X’tghidilhom il-kuxjenza taghhom, issa hu irrelevanti. Jekk il-kunflitt mal-kuxjenza huwa daqstant kbir, il-Membri Parlamentari ghandhom jirrizenjaw qabel u mhux wara l-vot.

Posted in Uncategorized | Leave a comment

WAQQFU DAL-MANUVRI ISSA! – 7 ta’ Ġunju, il-BELT 9.30am

It-Tlieta 7 ta’ Ġunju, Alternattiva Demokratika – The Green Party se ssejjaħ lill-Membri Parlamentari jieqfu jkunu ambigwi u jirrispettaw ir-rieda diretta tan-nies espressa fir-referendum.

NILTAQGĦU QUDDIEM HASTINGS IL-BELT (fejn se jkun hemm il-parlamentari għaċ-ċerimonja tas-Sette Giugno) fis-7 ta’ Ġunju (festa pubblika), fid-9.30am.

La l-Parlament farfar id-deċiżjoni fuq in-nies, issa l-Parlamentari għandhom mingħajr tlaqliq jimplimentaw din ir-rieda. Stieden lil sħabek.

Facebook: http://www.facebook.com/?ref=home#!/event.php?eid=132925523451734

Posted in Uncategorized | Leave a comment